Repubblika, represented by Dr Jason Azzopardi, today sent a letter to the Police Commissioner:
Illum, 21 ta’ Novembru 2024
ZIEDA MAL-KWERELA tas-7 ta’ Novembru 2024
Sur Gafa, Sur Kummissarju,
Nerga’ nikteb ghan-nom ta’ REPUBBLIKA, assocjazzjoni li hi regisrtrata bhala persuna guridika mar-Registratur ghal Persuni Guridici (LPA-122) wara li llum il-Kumitat Parlamentari addotta unanimament ir-Rapport tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika.
Permezz tal-prezenti qed tigi mitlub sabiex, b’ZIEDA mal-kwerela tas-7.11.2024, inti tressaq ‘l Qorti lil:-
1. Ministri Clint Camilleri u Clayton Bartolo, u dan talli fid-9 ta’ Mejju 2022 huma, sabiex jiksbu xi vantaġġ jew benefiċċju għalihom innifishom individwalment jew għal ħaddieħor, xjentement taw taghrif falz lill-awtorita pubblika li huwa l-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika (art. 188 tal-Kodiċi Kriminali)
2. Michael Buhagiar, il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Clint Camilleri talli fl-20 ta’ Marzu 2023 u fl-14 ta’ Novembru 2023 huwa xjentement ta taghrif falz lill-awtorita pubblika li huwa l-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika (art. 188 tal-Kodici Kriminali);
3. Amanda Muscat u dan talli fl-4 ta’ Mejju 2023 hija halfet falz quddiem ufficjal li kellu s-setgħa b’liġi li jagħti l-ġurament (art. 108 tal-Kodici Kriminali);
4. Michael Buhagiar u John Grima, Chief Policy Advisor, Ministeru Turizmu), talli fl-14 ta’ Novembru 2023 huma halfu l-falz quddiem uffiċjal li kellu s-setgħa li jagħti l-ġurament (art.108 tal-Kodici Kriminali);
5. Il-Ministri Camilleri u Bartolo, Amanda Muscat, John Grima, u Michael Buhagiar talli fix-xhur qabel Novembru 2023 huma hadu sehem f’assocjazzjoni kriminali (conspiracy) biex ikkommettew id-delitti mahsubin fl-artikoli 188 u 109 tal-Kodici Kriminali.
Ovvjament japplikaw il-kwalifiki tal-artikolu 18 u, ghal kwerelati kollha, l-artikolu 141 tal-Kodici Kriminali peress li huma ufficjali pubblici fil-mument li wettqu l-imsemmijin delitti.
Inoltre, qed tigi mitlub tinvestiga l-involviment, kolluzjoni u komplicita fl-ingagg fantazma ta’ Ms Muscat u allura l-frodi, approprjazzjoni indebita minn fondi pubblici, da parti ta’ Glenn Micallef li bejn il-bidu t’April u l-ahhar ta’ Mejju 2021 kien approva l-ingagg taghha mal-Ministeru ta’ Ghawdex, fil-kapacita tieghu bhala Chief of Staff tal-Ufficju tal-rim Minstru meta kien jaf li l-ingagg taghha kien messa in scena u allura frawdolenti l-erarju pubbliku.
Ninsab dirett nitolbok izzomm lill-klijent tieghi aggornat.
Inselli ghalik
Avv. Jason Azzopardi