This is the letter sent to the Commissioner of Police by Repubblika’s Lawyer Dr Jason Azzopardi, asking the Commissioner to arraign in court Clayton Bartolo, Amanda Muscat, and Valerio Agnoli for their alleged conspiracy of kickbacks and corruption as reported by The Times of Malta this morning:

Lill-Kummissarju tal-Pulizija
Kwartieri Generali
Floriana

Illum, 26 ta’ Novembru 2024

KWERELA

Sur Gafa, Sur Kummissarju,

Nikteb ghan-nom ta’ REPUBBLIKA, assocjazzjoni li hi registrata bhala persuna guridika mar-Registratur ghal Persuni Guridici (LPA-122).

Illum wasal fid-dominju pubbliku, grazzi ghal rapport mill-gurnal Times of Malta (link) dak li l-Pulizija ila taf minn informazzjoni u rapport lilha da parti tal-FIAU.

REPUBBLIKA qed tirregistra din in-notitia criminis ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi sabiex inti tkun mgharraf formalment li l-mittenti trid u tistenna li inti, flimkien mal-Avukat Generali, tressqu ‘l Qorti lill-On Clayton Bartolo u martu Amanda Muscat u lil Valerio Agnoli u dan talli fl-ahhar xhur:

effettivament kienu komplici u hadu sehem f’assocjazzjoni kriminali (art.48A tal-Kap.9) (conspiracy) biex jikkommettu d-delitt ta’ tixhim u korruzzjoni skond kif ipprovdut fl-artikoli 115, 118, 119 u 120, id-delitt ta’ trading in influence fl-121A(1) u (2) tal-Kodici Kriminali kif ukoll id-delitt ta’ hasil ta’ flus skond il-Kap.373 tal-Ligijiet ta’ Malta.

Dawn ir-reati ilkoll bil-kwlaifika ta’ reat kontinwat peress li d-diversi atti magħmulin mill-kwerelati, ukoll jekk fiżminijiet differenti, jiksru l-istess dispożizzjoni tal-liġi, u ġew magħmula b’riżoluzzjoni waħda.

Ninsab dirett nitolbok izzomm lill-klijent tieghi aggornat.

Stante li uhud mid-delitti hawn elenkati huma ta’ kompetenza tal-Avukat Generali, kopja ta’ din il-kwerela qed tintbaghat lill-Avukat Generali wkoll, anke minhabba li sta ghaliha titlob il-hrug ta’ ordni ta’ sekwestru a tenur tal-art.4 tal-Kap.373.

Inselli ghalik

Jason Azzopardi