Repubblika, represented by Dr Jason Azzopardi, today presented this complaint to the police:

Lill-Kummissarju tal-Pulizija
Kwartieri Generali
Floriana

Illum, 7 ta’ Novembru 2024

KWERELA

Sur Gafa, Sur Kummissarju,

Nikteb ghan-nom ta’ REPUBBLIKA, assocjazzjoni li hi registrata bhala persuna guridika mar-Registratur ghal Persuni Guridici (LPA-122).

Niktiblek wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport illum stess maghmul mill-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika u li ikkundanna lill-Ministri Clint Camilleri u Clayton Bartolo ghal ksur tal-Kodici ta’ Etika peress li huma taw phantom job lis-siehba tal-Ministru Clayton Bartolo (illum martu) minn fondi pubblici.

Peress li dan ir-Rapport sab u ikkonkluda li dawn it-tliet persuni, ilkoll ufficjali pubblici, effettivament kienu komplici u hadu sehem f’assocjazzjoni kriminali (conspiracy) biex ippermettew lil Amanda Muscat tippercepixxi u tircievi somma ta’ iktar minn €67,000 minn fondi pubblici ghal xoghol li kienu jafu li hija la kienet ikkwalifikata ghalih u, iktar minn hekk, qatt ma ghamlet, wettqet jew imqar bdiet, ghaldaqstant qed tigi msejjah biex tressaq ‘l Qorti lil:-

1. Ministru Clayton Bartolo
2. Ministru Clint Camilleri
3. Amanda Muscat

U dan talli fix-xhur qabel Jannar 2022, specjalment fis-sena 2021 huma, sija bhala komplici u sija bhala membri ta’ assocjazzjoni kriminali, ilkoll bhala ufficjali pubblici, wettqu u saru hatja tad-delitti imsemmijin fl-artikoli 124, 127, 293, 294, 308, 310(1)(a) tal-Kodici Kriminali kif ukoll id-delitt ta’ hasil ta’ flus skond l-art.3(1) tal-Kap.373 tal-Ligijiet ta’ Malta, bil-kwalifika tal-artikolu 18 u 141 tal-Kodici Kriminali.

Ninsab dirett nitolbok izzomm lill-klijent tieghi aggornat.

Stante li uhud mid-delitti hawn elenkati huma ta’ kompetenza tal-Avukat Generali, kopja ta’ din il-kwerela qed tintbaghat lill-Avukat Generali wkoll, anke minhabba li sta ghaliha titlob il-hrug ta’ ordni ta’ sekwestru a tenur tal-art.4 tal-Kap.373.

Inselli ghalik

Jason Azzopardi