Mario Cutajar għandu jirreżenja.

Il-pożizzjoni ta’ Mario Cutajar bħala Segretarju Permanenti Prinċipali mhix tenibbli. Aħna nistennewh li jirriżenja immedjatament.

Mhix skuża ta’ Mario Cutajar li mhux responsabbli għall-egħmil ta’ ħuh. Mario Cutajar mhux mitlub jirreżenja għal dak li għamel ħuh. Hu mitlub jirreżenja għax hu l-kap tas-servizz pubbliku u s-segretarju tal-kabinett tal-ministri, kif wkoll iċ-Chairperson tal-Internal Audit and Investigations Board, li għandha s-setgħa li tinvestiga abbużi finanzjarji.

Aldo Cutajar kellu interdett perpetwu fuqu mogħti mill-qorti fl-2005. Minkejja dan, fl-2016 intbagħat jaħdem fl-ambaxxata fiċ-Ċina u fl-2018 ħa post Sai Mizzi f’Xangaj.

Mario Cutajar hu l-kap tal-istituzzjoni li ppermettiet li dan jiġri. Dan hu falliment istituzzjonali serju li Mario Cutajar hu responsabbli għalih.

Malta tinsab taħt sħaba sewda u qegħda tirriskja li titpoġġa fuq il-lista l-griża mill-Moneyval fix-xhur li ġejjin. Dan ikun ifisser telf ta’ impjiegi għal ħafna ċittadini onesti. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, Robert Abela għandu d-dover li jnaddaf isem Malta u jeżiġi li Mario Cutajar jirreżenja. Nistennew li Robert Abela jaqdi dmiru lejn in-Nazzjon Malti u ma jkunx, għal darb’oħra, pupazz f’idejn il-klikka tad-diżonorat Joseph Muscat.