📺Għada t-Tlieta 23 ta’ April fis-6pm fuq Facebook.

Il-liġi magħrufa bħala Daphne’s Law ġiet addottata mill-Parlament Ewropew, liġi li timplimenta standards għall-protezzjoni tal-ġurnalisti, attivisti, akkademiċi u persuni oħra kontra kawżi fil-Qrati li jkunu nfetħu b’mod abbużiv fl-Unjoni Ewropea. Daphne kienet spiċċat vittma ta’ numru minn dawn il-kawżi inkluż waħda li kien fetaħ sid Pilatus Bank fl-Istati Uniti. Niddiskutu x’tgħid il-liġi l-ġdida u għalfejn hija importanti.

L-inċident tas-Sibt li għadda fejn miet ħaddiem ieħor fuq sit tal-kostruzzjoni jkompli juri kemm tassew kien hemm bżonn inkjesta pubblika dwar dawn it-tip ta’ inċidenti. Huwa evidenti li t-tkaxkir tas-saqajn biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta qed ikompli jwassal biex aktar ħaddiema innoċenti jitilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol. Jispikka wkoll il-mod kif qed nittrattaw lill-ħaddiema barranin li xi drabi aktar jixbah sitwazzjoni ta’ skjavitù milli ta’ xogħol diċenti. Fit-tieni parti tal-programm nerġgħu nagħtu ħarsa lejn il-konklużjonijiet tal-inkjesta u x’għandha tkun it-triq il-quddiem.

Jiddiskutu: Prof Vicki Ann Cremona u Manuel Delia
Imexxi: Christoph Schwaiger