Norma Saliba, l-editur il-ġdid tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali, ikkonfermat li assumiet tajjeb ir-rwol taċ-ċensur tal-Gvern.

Repubblika tikkundanna l-fatt li s-sit tal-PBS, l-istazzjon suppost nazzjonali, qed jaħbi l-fatt li l-uffiċjal pubbliku li huwa akkużat b’ħasil ta’ flus huwa ħu l-ogħla uffiċjal fis-servizz pubbliku.  Kif ukoll il-PBS qed jaħbu li l-akkużat kien reġa’ ġie impjegat fis-servizz meta dan kien immexxi minn ħuh għalkemm il-Qorti sabitu ħati ta’ reat kriminali bi flus dipartiment tal-Gvern.

Infakkru lis-Sinjura Saliba li l-obbligu tagħha huwa lejn il-verità u lejn il-poplu u mhux lejn il-Gvern li appuntaha.

Għandna dritt nistennew ġurnaliżmu serju mill-istazzjon nazzjonali u mis-Sinjura Saliba li għandha l-obbligu li ma taħbix il-fatti.