Repubblika marret il-qorti wara dak li qal l-Imħallef Lawrence Mintoff din il-ġimgħa biex titlob lill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali jgħidu x’se jagħmlu fuq il-leaks lampanti minn Kastilja waqt l-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-fatti li tkellem dwarhom l-Imħallef Mintoff ilhom magħrufa u Repubblika ilha tisħaq fuqhom is-snin. Imma Keith Schembri u oħrajn għadhom igawdu l-impunità għal azzjonijiet kriminali vili u gravi. F’xi ċirkostanzi dawn il-leaks mhux biss ostakolaw il-ġustizzja imma poġġew pulizija ta’ kuxjenza f’aktar periklu.
Jekk Angelo Gafà u Victoria Buttigieg jinjoraw il-protest tagħna tal-lum, se jerġgħu jisimgħu mingħandna.