Repubblika tinnota r-riżenja tal-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech, riżenja li ilha titlob għal żmien twil. Aħna nemmnu li huwa fl-interess pubbliku li r-raġunijiet għal din ir-riżenja isiru magħrufa immedjatament u li d-deċiżjonijiet tiegħu u l-ħidma tal-Uffiċċju tiegħu jiġu skrutinizzati. Nawguraw li min se jieħu post Dr Grech ikun persuna ta’ integrita li jħares il-liġi fuq kollox u li ma jħallix lilu nnifsu jiġi nfluwenzat minn interessi politiċi partiġġjani.

Nieħdu wkoll din l-opportunita biex nerġgħu neżiġu li tiġi ppublikata l-ittra ta’ riżenja tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, ittra li l-President tar-Repubblika Dr George Vella żamm milli tiġi ppublikata peress li kien ikollha, fi kliemu stess, “effett sostanzjali fuq il-ħidma propja u effettiva ta’ awtorità pubblika” li f’dan il-każ tirreferi għall-Gvern.