Nhar is-16 ta’ Ottubru 2025, Malta tfakkar it-tmien anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li nqatlet b’karozza bomba barra darha talli ddedikat ħajjitha biex tikxef il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

Aħna ta’ Repubblika u #occupyjustice qed norganizzaw sensiela ta’ attivitajiet biex nonoraw il-memorja tagħha, niddefendu l-legat tagħha, u nġeddu l-impenn tagħna għall-verità, il-ġustizzja, u d-demokrazija.

Dawn l-attivitajiet mhumiex biss tfakkiriet: huma riaffermazzjoni tal-ġlieda ta’ Daphne li trid tkompli sakemm Malta tinħeles mill-korruzzjoni u l-impunità.

Programm ta’ Attivitajiet

Nhar is-Sibt, 11 ta’ Ottubru 2025
Fil-11:00. Roundtable: Għal Demokrazija li Tixraq Niġġieldu GħalihaGħollieqa, Campus Hub, L-Imsida

Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2025
Fis-19:00. Diskors ta’ Tifkira minn Pieter OmtzigtGħollieqa, Campus Hub, L-Imsida

Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2025
Fil-11:00. Il-Ġurnalisti u l-Kittieba jfakkru ‘l Daphne.Flimkien mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, PEN Malta, u Articolo 21.Misraħ l-Assedju l-Kbir, Valletta
Fit-15:00. Ġabra Silenzjuża.Triq il-Bidnija
Fis-18:00. Quddiesa b’suffraġju għal Daphne Caruana GaliziaIl-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, Triq ir-Repubblika, Valletta
Fis-19:00. Marċ.Jibda minn Bieb il-Belt
Fis-19:30. Velja.Misraħ l-Assedju l-Kbir, Valletta

Nhar is-Sibt, 25 ta’ Ottubru 2025Fl-10:00. Konferenza biex tiddiskuti u tadotta l-Manifest għal Ġurnaliżmu SostenibbliSala Valletta, Iċ-Ċentru tal-Volontarjat, 181, Triq Melita, Valletta
Hu l-unur tagħna nilqagħu mistednin internazzjonali distinti li se jagħtu kontribut għat-tfakkira:


Pieter Omtzigt serva bħala deputat tal-Parlament tan-Netherlands u kien ir-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-saltna tad-dritt f’Malta. Leħen importanti fl-Ewropa għall-governanza tajba, it-trasparenza, u l-kontabilità. Il-ħidma tiegħu kienet strumentali biex tqajjam l-interess internazzjonali fl-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.


Giuseppe Giulietti hu ġurnalist u sindakalist Taljan li serva bħala deputat fil-Parlament tal-Italja. Kien president tal-Federazione Nazionale Stampa Italiana (FNSI) u l-fundatur u jmexxi Articolo 21, moviment għall-libertà tal-kelma. Giulietti ilu għal ħafna żmien fuq quddiem nett tad-difiża tal-ġurnalisti mhedda u promotur fl-Ewropa għal-libertà tal-istampa.


L-organizzazzjoni ta’ dawn l-avvenimenti tiswa’ spejjeż konsiderevoli. Repubblika qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku. Donazzjonijiet jistgħu jsiru fuq: https://fundrazr.com/Daphne-8Years
Kull għajnuna tagħmel differenza kbira. Nappellaw għall-għajnuna u l-appoġġ tal-pubbliku.