KOMPETITIZZJONI GĦALL-ISTUDENTI TAL-ISKEJJEL SEKONDARJI U POST-SEKONDARJI

Bħala parti mill-Kampanja Ċittadinanza Attiva u Responsabbli, Repubblika tistieden lill-istudenti kollha li jattendu skejjel sekondarji u post-sekondarji f’Malta u f’Għawdex sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjoni nazzjonali li għandha l-għan li tippromovi kultura ta’ rispett u parteċipazzjoni fil-komunita’ fost iċ-ċittadini żgħażagħ.

GĦAN

L-għan tal-kompetizzjoni huwa li jinħoloq għarfien fost iż-żagħżagħ dwar kif l-azzjonijiet u l-attiduni tagħhhom jikkontribwixxu b’mod sinifikattiv lejn stat ta’ saħħa u attivita’ fid-demokrazija

L-istudenti huma mħeġġin juru il-kreativita’ u l-għarfien intuwittiv tagħhom permezz ta’ wieħed minn dawn:

  • Komponiment
  • Poster

TEMA

Xi tfisser għalija d-diskriminazzjoni?

REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI

Komponiment

  • Kategorija 1: Livelli 7, 8, and 9 (250 – 300 kelma)
  • Kategorija 2: Livelli 10 and 11 u post-sekondarju (400 – 600 kelma)

Il-Komponimenti jistgħu jinkitbu bil-Malti jew bl-Ingliż.

Posters

  • Jistgħu jieħdu sehem Livelli 7, 8, 9, u Skejjel Għall-Edukazzjoni Speċjali
  • Il-posters għandhom ikunu ta’ daqs A3

DATA TAL-GĦELUQ

It-Tnejn, 18 ta’ Mejju, 2026, f’nofsinhar

SOTTOMISSJONIJIET

Il-Parteċipanti jistgħu jibgħatu l-komponimenti u/jew posters bil-posta fl-indirizz:
29, Pjazza tal-Knisja, Mqabba, MQB 1011.
Il-parteċipanti għandhom jibgħatu dawn id-dettalji:

  • Isem
  • Kunjom
  • Data tat-twelid
  • Indirizz
  • Numru tal-mobile
  • Indirizz tal-email
  • Isem tal-iskola
  • Il-livell u l-kategorija tal-kompetizzjoni

Il-Formola tal-Protezzjoni tad-Data tista’ titnizzel minn hawn u trid tkun mimlija, iffirmata u inkluża flimkien max-xogħol tal-istudent sabiex il-proċess tal-applikazzjoni jkun finalizzat.

Repubblika tirriserva d-dritt li turi s-sottomissjonijiet tal-istudenti fuq il-midja soċjali.

PREMJIJIET

Jingħata ktieb lill-ewwel 20 parteċipant li jissottomettu ix-xogħol tagħhom (minbarra l-finalisti).

Finalisti

L-ewwel fil-kategorija: set ta’ kotba tal-valur ta’ €100
It-tieni fil-kategorija: set ta’ kotba tal-value ta’ €50

ĊERTIFIKAT TA’ PARTEĊIPAZZJONI

Il-parteċipanti kollha jirċievu ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.