Il-Kumitat għan-nominazzjonijiet issottometta r-rapport tiegħu għall-laqgħa ġenerali annwali (AGM), u għalhekk nista’ nikkonferma li saru u ġew aċċettati dawn in-nominazzjonijiet:

Dr Robert Aquilina – President
Ms Alessandra Dee Crespo – President Elett

Peress li ma kien hemm ebda nomina oħra li ġiet aċċettata mill-persuni li aċċettaw, mhux se jittieħed vot għall-elezzjoni tal-President u l-President Elett. Għalhekk dawn in-nominazzjonijiet se jiġu awtomatikament ikkonfermati għas-sena li ġejja.

Minħabba s-sitwazzjoni ta’ COVID 19, ħadna d-deċiżjoni li din is-sena norganizzaw laqgħa virtwali permezz ta’ Zoom Webinar u mhux niltaqgħu wicċ imb’wiċċ. Dawk kollha li jixtiequ jattendu huma mitluba jibagħtu email lil repubblika.events@nullgmail.com, biex jirreġistraw għall-laqgħa, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 25 ta’ Settembru. Dakinhar tal-AGM filgħodu, se tintbagħat il-link taz- zoom lil dawk kollha li jkunu irreġistraw.

Attività: L-AGM 2020 ta’ Repubblika
Data: Il-Ħamis 1 ta’ Ottubru
Post: Webinar (via Zoom)
Ħin: 6:30 > 8:00pm