Ir-rimarki tal-Ministru tal-Ġustizzja li javża lill-Kumitat dwar il-Ħatra tal-Imħallfin biex ma jagħżlux maġistrat għax ma jridhiex hu, hu attakk fuq l-indipendenza tal-ġudikatura.
Jgħid li ma jridx imħallfin “kontroversjali” meta l-hekk imsejħa kontroversja mhi xejn ħlief attakk tal-Partit Laburista fuq maġistrat li dmirha wassalha għal verità skomda: li l-korruzzjoni għandha l-konsegwenzi anke għal min iwettaqha.
Niddefendu l-indipendenza tal-ġudikatura mill-indħil tal-gvern. Niddefendu li fadal mid-demokrazija tagħna mill-abbuż tal-korrotti u dawk li jgħattulhom.