X’qed jistenna l-Prim Ministru Robert Abela biex ineħħi lill-Ministru Zammit Lewis?

Repubblika tqis li Dr Edward Zammit Lewis ma jistax jibqa’ jservi ta’ ministru responsabbli mill-ġustizzja u l-governanza wara dak li kien żvelat il-bieraħ minn The Sunday Times.

Għalina huwa inaċċettabli li l-ministru tal-ġustizzja u l-governanza ikun bniedem li qagħad jiżżufjetta ma’ Yorgen Fenech meta kien magħruf li dan kien sid il-kumpanija 17 Black li permezz tagħha kien pjanat li jgħaddu eluf ta’ ewro kuljum f’koruzzjoni mal-power station tal-Electrogas.

Barra minn hekk, Dr Zammit Lewis qagħad ukoll jirridikola lil min mar il-qorti sabiex din il-korruzzjoni tkun investigata.

Pajjiżna jeħtieġ azzjoni kontra l-impunità li ħakmitna; il-paroli ma jfissru xejn.

Il-Prim Ministru Robert Abela għandu għażla cara u sempliċi quddiemu. Jew ineħħi lill-ministru Zammit Lewis jew inkella jerfa’ fuq spallejh ir-responsabilità ta’ għemilu.

Inħeġġu lill-Maltin u l-Għawdxin kollha ta’ rieda tajba biex għada fis-7:30pm fi spirtu ta’ PROTESTA jattendu għall-konferenza tal-aħbarijiet li ser jagħmel Dr Robert Aquilina f’isem Repubblika, quddiem l-Auberge D’Aragon, fi Pjazza Indipendenza, il-Belt Valletta.

Protesta

It-Tnejn, 02 ta’ Awwissu 2021 19:30
It-Tnejn, 02 ta’ Awwissu 2021 20:30

Dħul

Etajiet Kollha

Auberge D’Aragon

Auberge D'Aragon
Triq l-Isptar l-Antik
Valletta
Malta
Żid mal-Kalendarju
02-08-2021 19:30 02-08-2021 20:30 Europe/Rome X’qed jistenna l-Prim Ministru Robert Abela biex ineħħi lill-Ministru Zammit Lewis? Valletta