Repubblika tikkundanna bil-qawwa l-attentat tal-Kap tas-Sigurtà tal-Qorti biex ifixkel lill-ġurnalist Julian Delia minn The Shift waqt li kien fuq xogħolu.

Jidher li dan l-uffiċjal ma tgħallem xejn mill-inkjesta dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bħalma jidher li għadu ma tgħallem xejn il-Ministru Edward Zammit Lewis li taħtu jaqa’ s-servizz tal-Qrati.

Il-ġurnalisti huma essenzjali biex iħarsu d-demokrazija, biex iċ-ċittadini onesti ikunu protetti mill-abbuż ta’ min hu b’saħħtu u biex min jinsab fil-poter jagħti kont ta’ għemilu. Għalhekk kull attakk fuq il-ġurnalisti huwa attakk fuqna lkoll u min hu fil-poter għandu l-obbligu li jipproteġġihom.

Jekk il-Gvern mhux se  jipproteġi lill-ġurnalisti huwa ser jidħol responsabbli għall-abbużi kontrihom.