Nistennew li l-Prim Ministru Robert Abela jirrispetta lill-poplu Malti u jieqaf jistmagħna ta’ tfal li jagħlqilna għajnejna u ħalqna bil-flus li naħdmu għalihom aħna stess.

Repubblika tqis l-aħħar attentat tal-Prim Ministru biex ineħħi l-attenzjoni minn fuq l-aħħar skandli, inkluż il-frodi tal-isptarijiet u ċ-chats bejn Rosianne Cutajar u l-persuna akkużata bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, billi jgħid li ser iżid iċ-Children’s Allowance u l-istipendji bħala sforz patetiku.

Nistennew li Robert Abela ikun Prim Ministru u mhux Father Christmas falz li juża i-flus mit-taxxi tagħna biex jgħatti l-ħmieġ ta’ sħabu.

Issa drajniha din il-logħba li fiha l-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu jistmawna ta’ Ġaħan billi jaqbdu ftit minn flusna u jtuhomlna biex ninsew il-ħmieġ li qed ngħumu fih.

Il-logħba tal-Gvern li jgħatti l-miljuni li qed jieħdu l-korotti b’żieda ta’ ftit ewro fiċ-Children’s Allowance hija insult.