Sitt xhur ilu inqatlet Miriam Pace. Il-ħtija tagħha kienet biss li hija kienet ġewwa darha waqt li maġembha kien hemm xi ħadd jagħmel il-flus.
Sitt xhur ilu inqatlet mara, omm, oħt, ħabiba, inqatlet waħda minna.
Minkejja l-paroli u l-istqarrijiet kollha li saru, sal-lum ma għadu sar xejn biex ħaddieħor ma jinqatilx ġewwa daru fl-istess ċikostanzi.
Sallum, il-Gvern li suppost huwa responsabbli, m’għamel xejn ħlief paroli u kumitat li ma smajna xejn aktar dwaru, Sal-lum ma nbidel xejn.
Repubblika tistaqsi “Min jikkmanda f’pajjiżna? Jaqaw il-flus jiddettaw dak li jsir u ma jsirx?”
Repubblika tistenna li l-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu u jwettaq dmiru.
Aħna ma ninsewx li fost l-ewwel laqgħat li Robert Abela kellu meta laħaq Prim Ministru kienet laqgħa mal-iżviluppaturi.
Infakkru lill-Prim Ministru Robert Abela li dmiru huwa lejn il-poplu Malti u mhux lejn min jagħti l-flus lill-partiti politiċi.