Repubblika tikkundanna id-deċiżjoni assurda tal-Awtorità tax-Xandir li ma tippermettix li l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ikunu mxandra mill-istazzjon nazzjonali.

Dan hija ċensura  li tixraq lid-dittatorjati.

L-Awtorità tax-Xandir ħolqot sitwazzjoni fejn il-politiku ikun żbilanċjat kemm irid imma l-ġurnalist għandu ħalqu magħluq fuq l-istazzjon nazzjonali.

Ikun aħjar li minflok tagħlaq ħalq il-ġurnalisti, l-Awtorità tax-Xandir twettaq dmirha li tiżgura bilanċ u imparzjalità fuq ix-xandir kollu, skond l-artiklu 119 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Filwaqt li nuru l-appoġġ tagħna lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin fil-ħdima tagħhom kontra din id-direttiva ta’ ċensura, nistennew li l-Awtorità tax-Xandir tirtiraha immedjatament.