PUBBLIKAZZJONI TAL-KTIEB ‘JUSTICE FOR DAPHNE IS JUSTICE FOR YOUR RIGHT TO KNOW’

Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com iħabbru l-pubblikazzjoni ta’ ktieb li jġbor fih xogħlijiet artistiċi li kienu parti minn installazzjoni artistika fi Pjazza l-Assedju l-Kbir tal-Belt Valletta waqt it-tifkira tat-tielet anniversarju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-ktieb, li hu pubblikazzjoni ta’ Midsea Books, jiġbor fih xogħlijiet ta’ pitturi, fotografi, poeti u karikaturisti li rrakkontaw lil Daphne Caruana Galizia f’ħajjitha, fil-qtil tagħha u fix-xitel li nibet fl-irmied tal-assassinju tagħha.

Il-ktieb jinkludi xogħlijiet ta’ Robert Agius, Marisa Attard, Steve Bonello, Jon Borg, Rosa Borg, Celia Borg Cardona, Paul Borg Olivier, Burlò, Debbie Caruana Dingli, Paul Ellul, Cédric Falzon, Joe ‘Spider’ Farrugia, Gattaldo, Ġorġ Mallia, Immanuel Mifsud, Pepito, Pippa Zammit Cutajar, Darrin Zammit Lupi, and Zigli Jonathan Borg. Id-diżinn huwa ta’ Ġorġ Mallia.

Il-kollezzjoni artistika hi akkurata minn Alessandra Dee Crespo, attivista ta’ #occupyjustice u President-Elett ta’ Repubblika.

‘Justice for Daphne is Justice for your Right to Know’ se jkun qed jinbiegħ mil-librara ewlenin minn nhar it-Tnejn, 21 ta’ Diċembru 2020 u jinsab diġà disponibbli hawnhekk.

Għal Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com dan hu proġett għal qalbna ħafna għax l-artisti kapaċi li kkontribwew, jirrapreżentaw aħjar milli aħna qatt nistgħu l-espressjoni ta’ ammirazzjoni, rabja u tama li tqanqal fina l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-mixja għall-verità għada twila u inċerta. Ktieb bħal dan iservi ta’ mappa u boxxla li ġġeddilna lkoll ir-rieda li nibqgħu nissaraw sakemm tintradd ġustizzja lil Daphne u lil Malta.