Repubblika, Occupy Justice u manueldelia.com isejhu protesta quddiem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fi Triq Nofsinhar Valletta għal għada l-Ġimgħa 18 ta’ Frar 2022 fis-18:30.

Il-protesta qed tissejjaħ b’kundanna għad-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg li biex tipproteġi ministri tal-gvern allegatament involuti f’serqa armata, ħafret lil persuna li sparat fuq il-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom. Issa irriżulta li l-kriminal li ħafret ma jridx jixhed kontra l-kompliċi tiegħu.

Nistiednu lill-pubbliku jseħibna fit-talba tagħna għar-riżenja immedjata ta’ Victoria Buttigieg.