Meta ġew żvelati konversazzjoniet mhux xierqa bejn Yorgen Fenech u Edward Żammit Lewis wara li kien sar magħruf pubblikament li Fenech hu s-sid ta’ 17 Black, Repubblika talbet ir-riżenja tal-Ministru tal-Ġustizzja u għada tinsiti għaliha sa dan il-mument.

Issa fil-mezzi tax-xandir ġiet rappurtata konversazzjoni li fiha Yorgen Fenech jgħid lil terzi li Adrian Delia – li dakinhar kien il-Kap tal-Oppożizzjoni – ikkomunika ma’ Yorgen Fenech wara li kien sar magħruf pubblikament li Fenech hu s-sid ta’ 17 Black. Repubblika hi tal-fehma soda li jekk jirriżulta li konversazzjoni mhux xierqa sehhet bejn Dr Delia u Yorgen Fenech, Adrian Delia għandu jtemm l-involviment tiegħu fil-ħajja pubblika ta’ pajjiżna.