Repubblika tħeġġeġ lill-Maltin kollha biex jikkontribwixxu għal soċjetà aktar ġusta billi jħaddmu d-dritt u d-dmir tal-vot b’responsabbilità u għaqal.

Filwaqt li bħalissa qed inkunu bbumbardjajti b’ħafna diskors u wegħdi, aħna jidhrilna li l-vera kejl tal-politiċi huma l-għażliet u l-azzjonijiet tagħhom matul iż-żmien. Dawn huma l-kejl veru. Il fatti biss juru xi ssarraf il-persuna.

Repubblika tħeġġeġ lil votanti biex jagħżlu persuni li verament jemmnu fis-saltna tad-dritt, persuni li mhumiex korrotti u li verament jiġġieldu l-korruzzjoni, persuni li jqiegħdu s-sewwa fl-ewwel post.