Illejla fl-Istitut Kattoliku, il-Floriana, saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Repubblika. Matul mil-laqgħa ġie preżentat ir-rapport tal-Kumitat tan-Nomini minn Joanna Agius, ir-rapport finanzjarju mit-Teżorier Paula Fleri-Soler u r-rapport tas-Segretarja Ġenerali Sammi Davis.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-organizzazzjoni issa hu kompost kif ġej:

Dr Robert Aquilina – President
Alessandra Dee Crespo – Vice President
Isabel Vella
Leonard Callus
Sammi Davis
Paula Fleri-Soler
Pia Zammit
Professur Vicki Ann Cremona
Rosette Thake
Renato Camilleri
Matthew Grech

Matul il-laqgħa Dr Aquilina preżenta mozzjoni, issekondata minn Alessandra Dee Crespo, li permezz tagħha l-membri irringrazzjaw lil Marion Pace Asciak, li kienet l-ewwel President tal-organizzazzjoni, għall-kontribut tagħha b’riżq Repubblika u b’riżq il-kawża biex pajjiżna jikseb ġustizzja u demokrazija sħiħa. Il-mozzjoni ġiet approivata unanimament.

Mehmuż issibu d-diskors li għamel il-President Robert Aquilina waqt il-laqgħa.