Repubblika ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Dr Anthony Abela Medici biex jieqaf ihedded lill-għaqda.

L-għaqda tqis li l-ittra mibgħuta mill-avukat tiegħu hija theddida kontra d-drittijiet umani, partikolarment id-dritt għall-assoċjazzjoni u d-dritt tal-espressjoni.

Ittra bħal din mhix aċċettabli f’soċjetà demokratika. Huwa insult li l-uffiċċju tal-Gvern li suppost hu maħsub biex tkun imsaħħa s-soċjetà ċivili jgħidilna biex “inbaxxu l-volum” ħalli nibqgħu neżistu.

Repubblika mhi se taċċetta qatt li tnaqqas il-kritika tagħha meta jidhrilha li din tkun ġustifikata, tkun kemm tkun kbira il-qarnita li tipprova tbeżżgħana.