ll-korruzzjoni tweġġa’ b’mod gravi u lill-kulħadd, partikolarment lid-dgħajjef.

L-istorja mxandra mit-Times dalgħodu turi kif issa ix-xibka ta’ korruzzjoni minsuġa mill-brimba li ħakmet lill-pajjiżna tista’ qed twassal għall-fabbrika tal-kanċer saħansitra ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Repubblika hija diżgustata u rrabjata bl-istorja li l-Gvern korrott ta’ Joseph Muscat u Konrad Mizzi biegħu lil Vitals magna li tintuża fil-kura tal-kanċer u li issa qiegħda magħluqa fil-kaxex waqt li morda Maltin qed ikollhom l-appuntanmenti tagħhom posposti.

Quddiem dan l-iskandlu Robert Abela għandu l-obbligu li

  1. jieħu lura immedjatament din il-magna li sħabu l-korrotti biegħu, biex il-pazjenti Maltin ikunu jistgħu jieħdu l-kura bla dewmien;
  2. jagħti spjegazzjoni sħiħa tal-kuntratt maħmuġ tal-bejgħ tal-isptarjiet li, skont ix-  xhieda ġuramentat tal-Ministru Chris Feane, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru iddiskuta minn wara dahar il-Ministeru tas-Saħħa;
  3. iħassar dan il-kuntratt maħmuġ u korrott.

Il-Prim Ministru Robert Abela huwa obbligat li ma jħallix lill-poplu Malti jkompli iħallas għall-korruzzjoni, issa billi jpoġġi saħħtu u ħajtu fil-periklu.

Avviz: Din l-istqarrija qed issir kontra r-rieda tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji u tal-Gvern li ma nikkritikawx lill-awtoritajiet pubbliċi.