Repubblika, The Daphne Caruana Galizia Foundation, PEN Malta, u SOS Malta iħabbru konferenza pubblika rigward il-Libertà tal-Kelma u l-Ħarsien tal-Ġurnalisti li se titlaqqa’ nhar il-Ħamis 24 ta’ Frar 2022 bejn id-9 ta’ filgħodu u s-1 ta’ waranofsinhar.

Il-Konferenza għandha l-għan li tevalwa proposti li saru minn meta l-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha. Din l-evalwazzjoni flimkien ma’ proposti li jsiru waqt il-konferenza pubblika se jkunu ippreżentati lill-Kumitat t’Esperti li ħatar il-gvern biex jagħmillu rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar riformi meħtieġa.

ll-Konferenza hi miftuħa għal kull min hu interessat jara li l-ġurnalisti f’Malta jkollhom il-mezzi, il-protezzjoni, u l-ħarsien meħtieġ biex iwettqu xogħolhom mingħajr xkiel u theddid biex ikun rispettat id-dritt ta’ kull ċittadin li jkun infurmat b’dak li qed jiġri fil-pajjiż.

Hu għalhekk li l-konferenza għandu jkollha interess partikolari għall-ġurnalisti u attivisti li jippromwovu d-drittijiet umani, inkluż id-dritt tal-libertà tal-kelma.

Il-konferenza se tkun immexxija minn Claudia Taylor East u se ssir ukoll preżentazzjoni minn Sarah Clarke mill-organizzazzjoni internazzjonali Article 19, fost kelliema oħra.

Il-konferenza hi maħsuba biex tagħti l-opportunità lil dawk preżenti jieħdu sehem attiv fid-diskussjoni.

Il-konferenza pubblika se titlaqqa’ fil-Corinthia Palace Hotel, f’Ħ’Attard.

Min irid jieħu sehem għandu jirreġistra l-interess tiegħu sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Erbgħa 23 ta’ Frar (lejliet il-konferenza) permezz ta’ email lil repubblika.events@nullgmail.com.

Il-konferenza qed issir bis-sostenn tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti.

Konferenza Pubblika dwar il-Libertà tal-Espressjoni u l-Ħarsien tal-Ġurnalisti

Il-Ħamis, 24 ta’ Frar 2022 09:00
Il-Ħamis, 24 ta’ Frar 2022 13:00

Dħul

Etajiet Kollha

Corinthia Palace

Vjal De Paule
Attard
Malta
Żid mal-Kalendarju
24-02-2022 09:00 24-02-2022 13:00 Europe/Rome Konferenza Pubblika dwar il-Libertà tal-Espressjoni u l-Ħarsien tal-Ġurnalisti

Min irid jieħu sehem għandu jirreġistra l-interess tiegħu sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Erbgħa 23 ta’ Frar (lejliet il-konferenza) permezz ta’ email lil repubblika.events@nullgmail.com.

Attard