28 ta’ Ottubru 2021

Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Berġa ta’ Kastilja
Il-Belt Valletta

Prim Ministru,

DWAR: MIBGĦEDA U THEDDID LIS-SOĊJETÀ ĊIVILI

B’żieda mal-ittra l-oħra ta’ dal-għodu bl-istess titlu li għada bla tweġiba, ninnutaw li f’kummenti lill-istampa kelliem f’ismek esprima l-kundanna tiegħek għar-rappurtaġġ ta’ One TV li ktibtlek dwaru.

Ninnutaw li din il-kundanna tiegħek kienet biss għar-riferenza li saret fir-rappurtaġġ għall-ġurnalist Tim Diacono.

Waqt li napprezzaw u naqblu li int tikkundanna li ġurnalist jiġi skreditat mill-Partit Laburista fl-egħmil ta’ dmirijietu, nixtiequ niċċaraw jekk is-silenzju tiegħek dwar l-aġir tal-One TV biex jiskredita u joħloq ostilità lejn attivisti u ċittadini privati għax sempliċiment qed jipprotestaw, ifissirx li int tapprova u taqbel ma’ din l-imġieba tal- One TV.

Nittamaw li dan mhux il-każ u nistennew risposta immedjata u pubblika mingħandek għall-ittri li ktibnilek illum.

Bir-rispett,

pp
Robert Aquilina
President