Kopja ta’ ittra li Repubblika bgħatet ftit tal-ħin ilu lill-Kummissarju għall-Ambjent u Ippjanar u li permezz tagħha tlabnih jinvestiga l-proċess sħiħ, id-deċiżjoni u kull ħaġa oħra marbuta mal-permess approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward tal-applikazzjoni PA/7509/21 (To construct pool and surrounding rubble wall and landscaping with apartment block approved in PA9803/18).


Perit Alan Saliba
Kummissarju għall-Ambjent u Ippjanar
Uffiċċju tal-Ombudsman
11, Triq San Pawl
Valletta VLT 1210

16 ta’ Ġunju 2022

Għażiż Perit Saliba,

RE: Applikazzjoni 7509/21

Ġentilment nitolbok tinvestiga il-proċess sħiħ, id-deċiżjoni u kull ħaġa oħra marbuta mal-permess approvat mill-Awtorità tal-ippjanar fir-rigward tal-applikazzjoni PN7509/21 (To construct pool and surrounding rubble wall and landscaping with apartment block approved in PA9803/18).

Nitlob ukoll l-Uffiċċju tiegħek u tal-Ombudsman (ikkupjat) sabiex jagħmel proposti konkreti u effettivi kif ikunu imħarsa u promossi:

  • Id-dmir tal-istat ta’ Malta li “jissalvagwardja l-paesaġġ” (artiklu 9.1 tal-Kostituzzjoni ta’Malta) u li “jħares u jikkonserva l-ambjent u r-riżorsi tiegħu għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri u għandu jieħu miżuri sabiex jindirizza kull għamla ta’ degradazzjoni talambjent” (Artiklu 9.2 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta);
  • Is-saltna tad-dritt mit-theddida tar-rabtiet li żviluppaw f’pajjiżna bejn min għandu l-flus u lpolitiċi (eżempji: 1. https://timesofmalta.com/articles/view/watch-parties-reguests-formoney- verge-on-harassment-sand ro-chetcuti .892081 ; 2. https://timesofmalta.com/articles/view/politicians-help-me-to-speed-up-process-josephportelli. 901646 ); u
  • Id-drittijiet taċ-ċittadini li jkollhom istituzzjonijiet li jħarsu il-ġid komuni. Aħna inwketati ħafna li l-promotur tal-proġett li qed nitolbuk tinvestiga l-proċess tal-applikazzjoni tiegħu jsostni li jqis li għandu l-barka tal-Gvern u igħid “The day a government tells me my projects aren’t needed for the country anymore, l back out, cash my money and go do something else with my life.” (vide intervista li nirreferi għaliha fil-punt ta’ qabel).

Aħna ‘idhrilna li s-sitwazzjoni kurrenti hi waħda gravi.

Nirringrazzajk u nselli għalik,

Dr Robert Aquilina
President

Kopja: L-Ombudsman, 11, St Paul Street, Valletta VLT 1210, Malta