Dan huwa ilment mibghut minn Dr Robert Aquilina, President ta’ Repubblika lill-Kummissarju ghall-iStandards fil-Hajja Pubblika dwar  ir-rifjut ta’ Konrad Mizzi li jiltaqa’ ma’ l-Awditur Generali.


Dr George-Marius Hyzler
Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika
11, Triq San Pawl
Il-Belt Valletta VLT1210 

17 ta’ Diċembru 2021

Sur Kummissarju,

F’isem Repubblika, qed inressaq dan l-ilment dwar ir-rifjut tad-Deputat Konrad Mizzi li jiltaqa’ mal-Awditur Ġenerali u li jispjega t-trasferiment tat-tliet sptarijiet pubbliċi Maltin lill-Vitals Global Healthcare. 

Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Dicembru 2021, l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali stqarr li:

“The NAO made several attempts to meet with the Hon. Konrad Mizzi, which requests remained unaddressed. The gravity of this failure was rendered evident in the NAO’s report through the pivotal role played by Hon. Mizzi in this concession. His failure to attend to the several requests made by the NAO was deemed a serious shortcoming in terms of the level of accountability expected of a former minister of Government and in terms of the standard of good governance that ought to have characterised a project as material and as important to the national health services as was this.” https://nao.gov.mt/en/press-releases/4/1298/an-audit-of-matters-relating-to-the-concessio

Jidhrili li l-imġieba tal-Onor Mizzi fir-rigward tal-Awditur Ġenerali, li huwa uffiċjal tal-Parlament, huwa ksur gravi tal-Kodiċi tal-Etika kif stipulat fl-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, partikolarment, imma mhux biss, il-provvedimenti dwar il-kontabilità (5.5) u d-dover li ministru jwieġeb għall-għemilu lill-Parlament (4.1; 4.2; 4.3; 4.4; 4.6).  Minbarra dan, din l-imġieba ma tiriflettix “l-istatus u d-dinjità tal-Kamra tad-Deputati” (Kodiċi ta’ Etika tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati, Art. 1).

Għalkemm l-Onor Mizzi mhux Ministru, jidhirli li l-Kodiċi ta’ Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari xorta għadu japplika għalih f’dan ir-rigward, aktar w’aktar meta huwa għadu Membru Parlamentari. Ninnota li Art. 7.10 huwa provvediment għall-persuni li jkunu temmew il-kariga ministerjali.

Repubblika tqis li dan l-aġir tal-Onor. Mizzi huwa inaċċetabbli. Il-Kostituzzjoni tagħna tagħmilha ċara li l-Kabinett huwa responsabbli lejn il-Parlament (art 79(2)).  L-istess Kostituzzjoni tgħid li l-Awditur Ġenerali huwa “uffiċjal tal-Parlament” (Art. 108 (2)) u fil-fatt kien mitlub jagħmel dan l-eżerċizzju mill-Parlament. Għalhekk ir-rifjut tal-Membru Parlamentari Mizzi li jiltaqa’ u li jwieġeb lill-Awditur Ġenerali dwar għemilu u d-deċiżjonijiet tiegħu bħala ministru huwa insult gravi lid-demokrazija.

Ġentilment nitolbok tinvestiga dan l-abbuż u din l-imġieba mhux etika mill-Onor Konrad Mizzi.

Inselli għalik,

Dr Robert Aquilina
President

Dan l-artiklu mhux disponibbli fil-lingwa Maltija. Tista’ taqrah bl-Ingliż hawn: