Repubblika tilqa’ d-dibattitu li ser jinżamm mill-Parlament Ewropew f’dawn il-jiem fl-okkażjoni tal-ħames sena mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Sfortunatament il-Parlament Malti irid inessi dan l-assisinju.

Huwa ċar li għall-Parlament Malti, li kontinwament jorganiżża dibattiti fuq kollox u li saħansitra kien ospita wirja tal-purtieri, iqis li l-memorja tal-qtil ta’ ġurnalista Maltija li l-Istat ta’ Malta kien responsabbli għalih, bħala xi ħaġa li trid tiġi kanċellata.

Huwa evidenti li istituzzjonijiet oħra ta’ pajjiżna, inkluż ix-xandir pubbliku li suppost huwa mezz ta’ edukazzjoni, qed isegwu l-eżempju ħażin tal-Parlament Malti.

Repubblika hija impenjata biex il-memorja ta’ Daphne ma tiġix imħassra mill-kuxjenza pubblika ta’ Malta.  

Aħna determinati li nkomplu l-ġlieda tagħha, inkluż il-ġlieda għall-ġustizzja, għall-imġieba korretta fil-ħajja pubblika u għas-saltna tad-dritt.