Repubblika tirringrazzja lill-Pulizija onesti li jum wara l-ieħor, xi drabi wkoll b’riskju serju għalihom, jiddefendu liċ-ċittadini, lill-Istat Malti kif ukoll il-ġid komuni. Dawn il-Pulizija jinsabu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-kriminali u l-korrotti.  

F’Jum il-Pulizija, Repubblika trid turi pubblikament l-apprezzament, ir-rispett u r-ringrazzjament tagħna lil dawn il-pulizija.

Aħna nagħrfu li mingħajrhom ikollna soċjetà fejn min hu arroganti u b’saħħtu jgħaffeġ fuq kulħadd minflok li tirrenja is-saltna tad-dritt.

Nagħrfu wkoll l-obbligu tal-Istat li jsaħħaħ il-ħidma tal-Pulizija billi itejjeb kemm it-taħriġ tagħhom kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Nistennew ukoll li jittieħdu passi kontra kull min b’imġiebtu jew bin-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu fixkel il-ħidma tal-pulizia onesti, wassal biex il-pulizija jieħdu fama ħażina jew saħansitra poġġa l-ħajja tagħhom fil-periklu.