Hu ta’ sodisfazzjon għal Repubblika li minkejja d-dikjarazzjonijiet ambigwi, kontradittorji u konsegwentement qarrieqa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar irreżenjat mill-gvern.

Imissha wkoll tirreżenja mill-Parlament u wara li ħalliet lil Yorgen Fenech jisserva mill-pożizzjonijiet pubbliċi tagħha, tassumi r-responsabbiltà kollha u tħalli l-ħajja pubblika.

Iżda żgur hu pass pożittiv li Rosianne Cutajar m’għadhiex membru tal-gvern. Il-Prim Ministru Robert Abela tilef opportunità li jibgħat sinjal li jrid governanza tajba meta baqa’ jirrifjuta li jkeċċi lil Rosianne Cutajar.

Repubblika hi impenjata li tkompli l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-governanza tajba u se tuża l-mezzi kollha possibbli biex tinsisti li min fil-politika jindihes mill-kriminali, iwarrab u jagħti kont t’egħmilu.