Ninsabu f’sitwazzjoni fejn id-dar saret post fejn wieħed ikun qiegħed jissogra ħajtu. Dan kollu biex ħaddieħor isir sinjur.

L-istat malti jibqa’ jonqos lill-poplu tiegħu. Xbajna nisimgħu paroli u diskors fil-vojt, u proposti biex jitwaqqfu aġenziji oħra biex dawk tal-qalba jieħdu aktar flus għall-konsulenzi. Dan kollu jinkwadra fit-tema wiesgħa tal-impunita’ fejn min hu b’saħħtu ma jġorrx responsabiltà għal għemilu u għan-nuqqasijiet tiegħu, u min hu dgħajjef jibqa’ jbati l-konsegwenzi.

Repubblika tisqarr dan fid-dawl ta’ incident ieħor fil-kostruzzjoni. Din id-darba dawn il-vittmi, li kellhom dritt jgħixu bil-kwiet ġewwa darhom, ma weġġgħux ghax telqu minn taħt is-saqaf tagħhom.

L-awtoritajiet ma jistgħux jibqgħu jivvintaw skużi biex jiġġustifikaw dak li ħadd ma jista’ jiġġustifika.