“Aħna rridu nuru l-apprezzament tagħna għall-kontribut kbir li Robert ta u ser ikompli jagħti lill-għaqda tagħna u lil pajjiżna,” qalet Prof Vicki Ann Cremona, il-President ta’ Repubblika.

Il-Kumitat Eżekuttiv ħatar lil Robert Aquilina f’din il-pożizzjoni wara li hu serva ta’ President ta’ Repubblika għal dawn l-aħħar tliet snin u nofs. Qabel dan, kien serva bħala ko-fundatur, Segretarju Ġenerali, u Viċi President tal-għaqda. Robert Aquilina kien ukoll ikkoordina l-protesti tal-massa tal-2019-2020.

Barra minn dan, il-Kumitat Eżekuttiv qabel li Robert Aquilina jkompli:

• imexxi u jkompli jirrappreżenta lil Repubblika fil-kawża ta’ challenge li qed nagħmlu kontra l- Kummissarju tal-Pulizija dwar il-kriminali tal-Bank Pilatus;

• isegwi u jkompli jirrappreżenta lil Repubblika fil-kawża li qed nagħmlu kontra l-Avukat Ġenerali biex tiġi ddikjarata illegali, u allura nulla, id-deċiżjoni tagħha li tiffranka l-ħabs lill-klikka tal-Bank Pilatus; u

• isegwi u jkompli jirrappreżenta lil Repubblika f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-inkjesta maġisterjali li kisbet Repubblika dwar il-bejgħ frawdolenti tat-tliet sptarijiet tal-poplu.