Repubblika tikkundanna l-ħatra ta’ Chris Cardona bħala konsulent għall-Edukazzjoni.

Ikun interessanti nkunu nafu x’kredenzjali għandu Cardona fil-qasam tal-edukazzjoni u, konsegwentement, x’tip ta’ konsulenza hu kompetenti li joffri.

Hu wkoll ta’ tħassib li persuna li fuqha hemm tant dellijiet u assoċjazzjonijiet suspettużi tinħatar f’ministeru li jifforma l-imħuħ u l-futur ta’ wliedna u taż-żgħażagħ tagħna.

Bir-ritorn ta’ Cardona fil-gvern, il-Prim Ministru Robert Abela għamel pass ieħor lejn id-dawra lura mill-bidliet fil-persunal li wettaq meta daħal fil-kariga, u lejn ir-reintegrazzjoni ta’ personaggi li ġew implikati f’xi wħud mill-agħar skandli li qatt ra pajjiżna.