DJALOGU MAL-ĠURNALISTI

Fl-okkażjoni tat-tielet anniversarju mill-assassinju tal-kollega ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u Repubblika għandhom il-pjaċir jistiednu lill-ġurnalisti kollha u lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom id-demokrazija u l-libertà tal-kelma għal: 

DJALOGU

dwar

Il-Qagħda tal-Ġurnaliżmu f’Malta Llum.

Fid-diskussjoni se nesploraw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġurnalisti, is-sigurtà personali u tal-familji tagħhom, il-libertà tal-espressjoni u t-trasparenza tal-awtoritajiet pubbliċi. 

Se jsir ukoll kollegament ma’ Ronchi dei Legionari, fl-Italja, fejn se tkun għaddejja laqgħa parallella msejħa mill-Federazione Nazionale Stampa Italiana (FNSI). F’Ronchi, se jkun inawgurat xogħol tal-arti li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia u ġurnalisti oħra maqtula fuq xogħolhom. 

Kelliema

  • Nello Scavo, ġurnalist investigattiv ta’ Avvenire 
  • Sylvana Debono, Kap Editur ta’ Newsbook u President, Istitut tal-Ġurnalisti Maltin 
  • Beppe Giulietti, President, Federazione Nazionale Stampa Italiana 
  • Robert Aquilina, President, Repubblika 

Il-ġurnalisti li se jattendu huma mistiedna jintervjenu fid-diskussjoni. 

  • Post: Pjazza l-Assedju l-Kbir, Valletta, biswit is-sit ta’ protesta għall-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. 
  • Data: 16 ta’ Ottubru, 2020 
  • Ħin: 11am (l-attività mistennijja ddum madwar siegħa). 

L-attività se tixxandar live fuq Facebook iżda preżenza fiżika hi meħtieġa għal interventi waqt id-diskussjoni. Minħabba r-restrizzjonijiet għall-prevenzjoni tal-Covid-19, dawk li jixtiequ jipparteċipaw huma mitluba jesprimu l-interess tagħhom b’email lil repubblika.mt@nullgmail.com sa nhar it-Tlieta, 13 ta’ Ottubru 2020 biex isiru t-tħejjijiet meħtieġa.