Ir-ruling ta’  l-Ispeaker  wassal biex il-Parlament Malti wkoll ikun strument ta’ impunità

Illum l-Ispeaker ta ruling li wassal biex il-Parlament Malti wkoll ikun strument ta’ impunità.  Wara r-ruling ta’ Dr Anglu Farrugia, il-Parlament ukoll sar bla saħħa quddiem l-abbuż sfaċċat tal-poter.

Repubblika hija xxukjata li l-pajjiż twassal f’sitwazzjoni fejn dak li jagħmel Membru Parlamentari waqt li jkun fil-Parlament igħodd biex meta ma jkunx fil-Parlament jieħu pensjoni ferm aħjar minn dik li jieħdu ċ-ċittadini li jkunu eleġġewh, imma imbagħad ma jkollux għalfejn jirrispondi għan-nuqqasijiet tiegħu meta jispiċċa.

Aħna nqisu li r-ruling tal-Ispeaker huwa insult lid-demokrazija parlamentari u inaqqar mid-dritt tagħna ċ-ċittadini għall-imġeiba xierqa u korretta mill-Membri Parlamentari.  

Niddikjaraw li mhux se nieqfu nsostnu li l-politiċi u l-persuni fil-ħajja pubblika għandhom jagħtu kont ta’ għemilhom anke wara li jispiċċaw.