Repubblika tikkundanna t-theddid u l-attakki vili fuq Victor Vella u fuq il-familja tiegħu.

Huwa inaċettabbli li hawn persuni fis-soċjetà tagħna li jheddu u jattakaw persuna oħra għaliex din tkun qed taħdem favur id-dinjità u d-drittijiet ta’ persuni oħra.

Dan it-theddid u dawn l-attakki huma aktar gravi meta jsiru fuq persuna li tkun qed taħdem favur persuni dgħajfa u bla vuċi.

Repubblika tqis li hawn min jokkupa uffiċċju pubbliku li jġorr responsabbilità għal dawn l-attakki viljakki minħabba diskors, azzjonijiet u ommissjonijiet tiegħu.

Aħna nqisu dawn l-attakki viljakki fuq l-editur tat-Torċa jikbru u jieħdu l-arja anke minn messaġġi ta’ bullying istituzzjonali fejn gruppi ta’ persuni ma jibqgħux jiġu meqjusa bħala bnedmin iżda problema li rridu neħilsu minnha.