Repubblika tikkundanna l-attakki li Simon Mercieca qed jagħmel fuq membri tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u tal-Korp tal-Pulizija li qed jaħdmu biex il-persuni suspettati fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Huwa ċar li f’pajjiżna hawn min qed jiddejjaq bil-kuraġġ u l-impenn ta’ dawn l-uffiċjali li qed iwettqu dmirhom biex tinkixef il-klikka mafjuża u korrotta li nawret il-ħajja pubblika f’Malta.

Fil-waqt li nsellmu u nirringrazzjaw lil dawn l-uffiċjali, Repubblika tistenna li l-organi tal-Istat jagħtu protezzjoni lil dawn l-uffiċjali fix-xogħol sensittiv u perikoluż tagħhom.