F’din l-okkażjoni niftakru fil-kontribut taggħa favur il-verità u l-ġustizzja u fl-appoġġ tagħha lis-soċjetà ċivili ġewwa pajjiżna.  L-esperjenza urietna li Dr Metsola tqis is-soċjetà ċivili bħala sieħeb ewlieni tal-iStat f’demokrazija u mhux traditur jew għadu.

Nawguraw li Dr Metsola fl-uffiċċju ġdid tagħha u fil-ħidma tagħha favur id-demokrazija, il-libertà u s-saltna tad-dritt.