Repubblika tħeġġeġ lill-pubbliku biex jingħaqad għall-protesta li sejjħu l-Moviment Graffitti, Integra Foundation, Women’s Rights Foundation u Young Progressive Beings għal quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana għada l-Ġimgħa 25 ta’ Novembru fis-6pm għal protesta fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa.

Il-gvern u l-awtoritajiet fallew fl-obbligu tagħhom li jipproteġu l-ħajja ta’ Bernice Cassar. L-awtoritajiet huma obbligati jwieġbu immedjatament meta jsiru allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika. Għandhom mill-ewwel jaraw hemmx riskju li xi ħadd se jweġġa’ jew jitlef ħajtu. U meta jsibu tali riskju għandhom jieħdu miżuri biex jevitawh. Fil-każ ta’ Bernice Cassar l-awtoritajiet ma wettqux dmirhom. Anzi daħħlu proċeduri li qiegħdu mijiet ta’ nisa vittmi ta’ vjolenza domestika f’periklu agħar.

Hu ġustifikat li ssir protesta biex dawn iċ-ċirkostanzi jinbidlu u biex min hu responsabbli għal dan l-aġir jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li għamel u ta’ dak li messu għamel u m’għamilx.