Repubblika tifraħ u tappoġġja lill-ġurnal The Times għad-deċiżjoni li jirrifjutaw li jippublikaw reklam, kif ukoll il-qliegħ finanzjarju marbut miegħu, mill-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban.

Id-deċiżjoni tat-Times tixhed kif il-qliegħ finanzjarju m’għandux ikun l-unika jew l-ogħla kriterju fid-deċiżjonijiet li nieħdu.

Ma nistgħux ma ninnutawx l-ironija u l-ipokrezija ta’ min li wara  li joħnoq il-verità, ikasbar is-saltna tad-dritt u jattakka il-ħsieb ħieles jara kif juża l-flus, anke flus pubbliċi, biex jagħmel reklam ħalli jaħbi u jnessi l-abbużi tiegħu.

Din hija wkoll opportunità biex nerġgħu niddikjaraw l-impenn tagħna favur il-ġurnaliżmu ħieles li jfittex biss il-verità aktar milli jkun strument ta’ propaganda għal min għandu l-flus.

Aħna lkoll fid-dmir li nappoġġjaw u nsostnu dan il-ġurnaliżmu għax ġurnaliżmu vera huwa tarka tagħna lkoll.