Nifirħu wkoll lit-tmien persuni l-oħra li ġew meqjusa bhala idonei u meritevoli biex jinħatru bħala imħallfin.

Il-proċess tal-għażla tagħhom huwa pass sinifikanti għall-ġustizzja ġewwa pajjiżna.

Repubblika hija kburija li tat kontribut għal dan l-iżvilupp.

Aħna nagħrfu wkoll li lkoll għandna l-obbligu li nibqgħu viġilanti għaliex il-libertà, il-ġustizzja u d-demokrazija huma akkwisti fraġli u li jibqgħu dejjem mhedda mill-abbuż u l-korruzzjoni.

Repubblika hija determinata li tkompli taħdem biex is-saltna tad-dritt tirrenja fl-Istat Malti fejn kulħadd huwa indaqs quddiem il-liġi.