Repubblika tinnota rapport fuq l-istazzjon nazzjonali li jgħid li infetħet inkjesta maġisterjali biex tistħarreġ ittra b’theddida li rċeviet il-Maġistrat Nadine Lia.

Repubblika tikkundanna bla riserva kull forma ta’ theddid.

Kull fejn dehrilha xieraq u proporzjonat, Repubblika ikkritikat lill-Maġistrat Nadine Lia b’mod apert. Il-kritika hekk għandha ssir u mhux b’theddid u azzjonijiet magħmula bil-moħbi. In-nuqqas ta’ qbil għandu jiġi espress b’mod ċivili u fil-limiti tal-liġi.

Nawguraw li l-awtoritajiet jistħarrġu u jieħdu l-azzjoni kollha skont il-liġi.