Konrad Mizzi għandu jieqaf jinsulenta lill-poplu Malti.  Nistennew ukoll li l-Parlament jirrispetta lill-poplu Malti u lilu nnifsu quddiem l-arroganza ta’ Konrad Mizzi.

Repubblika tistenna li Konrad Mizzi irabbi sinsla u jidher quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Kontijiet Pubbliċi u jirrispondu għal għemilu bħala ministru.

Infakkru lil Konrad Mizzi li huwa obbligat li jagħti kont ta’ għemilu bħala ministru lill-Parlament u lill-poplu Malti.

Nistennew li Konrad Mizzi jaqta’ l-iskużi banali u infantili tiegħu u jieqaf jaħrab milli jagħti kont ta’ dak li għamel.  Min hu innoċenti ma jaħrabx.

Nistennew li l-Parlament kollu, il-Prim Ministru u n-naħa tal-Gvern, l-Oppożizzjoni u l-Ispeaker jieħdu pożizzjoni ċara u soda li Konrad Mizzi irid jirripsondi ta’ għemilu.  Jekk ma jagħmlux hekk, huma qed jonqsu minn dmirijithom u qed isiru kompliċi ma’ Konrad Mizzi fil-ħabi u fil-korruzzjoni.  

Nistennew ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel dmiru u jressaq ukoll lill-poplitiċi kollha li huma involuti fis-serq mill-poplu Malti permezz tal-korruzzjoni.

Dan l-artiklu mhux disponibbli fil-lingwa Maltija. Tista’ taqrah bl-Ingliż hawn: