Repubblika tinnota l-aħbar li l-gvern waqqaf kumitat biex jagħti pariri dwar l-implimentazzjoni tal-pariri tal-inkjesta pubblika li saret dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Nosservaw li l-gvern dam 6 sitt xhur biex ħatar dan il-kumitat li għalina hu pass kajman wisq meta titqies l-urġenza tar-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-inkjesta.

Għalkemm f’dan l-istadju mhux se nikkumentaw fuq individwi maħtura fuq dan il-Bord, ninnutaw li waqt li wħud għandhom kwalitajiet tajba biex jagħtu dan il-kontribut, hemm membri oħra li m’ghandhomx l-indipendenza mill-gvern u l-lealtà lejn l-interess pubbliku u tal-professjoni ġurnalistika qabel kunsiderazzjonijiet oħra.

Nistennew li l-membri maħtura jiddikjaraw pubblikament xi tħallsu mill-gvern fl-aħħar 20 sena tax-xogħol tagħhom biex il-pubbliku jiġġudika l-pariri li jagħtu fil-kuntest tal-integrità u l-indipendenza tagħhom.

Aħna diżappuntati naraw assenza totali ta’ esperti internazzjonali u ta’ esperti Maltin ta’ integrità u kompetenza kbira fuq dan il-kumitat meta nafu għax dan sar fil-pubbliku li għadqiet internazzjonali esperti u promoturi tal-libertà tal-espressjoni offrew l-għajnuna tagħhom lill-gvern.

Waqt li għandna rispett u nafu li wħud mill-membri tal-Bord maħtur illum se jagħtu pariri siewja, m’għandhiex tintilef l-opportunità li nitgħallmu mill-iżbalji u l-esperjenzi ta’ demokraziji oħra biex insaħħu tagħna.