Delegazzjoni tar-Repubblika mmexxija mill-Viċi President Alessandra Dee Crespo dalgħodu attendiet għal sessjoni ta’ tagħrif mal-Kummissarju Ewropew Didier Reynders fl-uffiċċju tal-UE fil-Belt Valletta. Il-Viċi President Crespo ta lill-Kummissarju Aide Memoire (mehmuża) li tevalwa l-istat tas-saltna tad-dritt f’Malta mħejjija mir-Repubblika u sottoskritta minn PEN Malta, SOS Malta, u #occupyjustice.

Ritratt X sa L: Il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Repubblika Vicki Ann Cremona, Alessandra Dee Crespo, u Paula Fleri Soler mal-Kummissarju Reynders. Fir-ritratt ukoll l-Uffiċjal Eżekuttiv tar-Repubblika, Manuel Delia.