Il-Prim Ministru Robert Abela ma jistax jibqa’ jtawwal iżjed.

Nistennew li Robert Abela jrabbi l-kuraġġ u jiddikjara null u mingħajr effett il-ftehim maħmuġ li ta tliet sptarijiet tal-poplu lil nies li għandna nafu lanqas kollha min huma.

Nistennew li Robert Abela jordna lil Joseph Muscat biex jagħti l-informazzjoni sħiħa tal-ħmieġ f’dan il-kuntratt li hu u sieħbu Konrad Mizzi u oħrajn ħadmu flimkien.

Nistennew li Robert Abela igħaddi l-informazzjoni kollha lill-inkjesta maġisterjali li qed issir dwar Konrad Mizzi, Chris Cardona u Edward Scicluna u s-sehem tagħhom f’din il-konċessjoni maħmuġa wara li Repubblika.

Repubblika tqis ir-rapport tal-Awditur Ġenerali bħala wieħed xokkanti.

Fost l-oħrajn, l-Awditur Ġenerali sab li l-Gvern maħmuġ ta’ Joseph Muscat għadda tilet sptarijiet li kienu tagħna lkoll

  • mingħajr ħadd ma jassumi r-responsabbilità tad-deċiżjoni;
  • mingħajr analiżi indipendenti;
  • f’sitwazzjoni ta’ kollużjoni bejn min ħa l-kuntratt u l-Gvern jew rappreżentanti tal-Gvern.

Il-Prim Ministru Robert Abela għandu r-reponsabbilità li jwaqqaf dan it-tradiment tal-poplu Malti. Huwa għandu wkoll jiżgura li il-maħmuġin kollha, inkluż kumpaniji Maltin tal-ħbieb tal-ħbieb li stagħnew minn dan il-ħmieġ, iroddu lura dak li ħadu mingħad il-poplu u jħallsu ta’ għemilhom.