Video tal-konferenza stampa li l-President ta’ Repubblika Robert Aquilina għamel dalgħodu quddiem il-Qorti li fiha, wara ż-żewġ sentenzi li ngħataw dalgħodu mill-Imħallef Christian Falzon Scerri u mill-Imħallef Ian Spiteri Bailey, f’isem Repubblika għamel talba espressa lill-Parlament Malti biex jibda proċeduri ta’ impeachment kemm biex titneħħa l-Maġistrat Nadine Lia kif ukoll biex titneħħa l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg.