Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Christian Falzon Scerri għadha kif ħarġet żewġ digrieti li bihom caħdet it-talbiet tal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u l-Ispettur tal-Pulizija Pauline D’Amato biex ma jitilgħux jixhdu fis-seduta skedata għal għada t-8 ta’ Novembru fil-kawża ta’ Repubblika kontra l-Avukat Ġenerali.

B’hekk il-Qorti qegħda tikkonferma l-ordni tagħha tal-10 ta’ Ottubru biex l-Avukat Ġenerali u l-Ispettur D’Amato jitilgħu jixhdu fis-seduta ta’ għada.