Repubblika hija mħassba bir-rapporti fil-mezzi tax-xandir li 270 persuna, inklużi tfal, jinsabu f’riskju reali li jitilfu ħajjithom.  Skont dawn ir-rapporti, dawn il-persuni qegħdin fuq dgħajjes fiz-zona ta’ salvataġġ li hija fir-responsabbilità ta’ Malta.

Repubblika tappella lill-awtoritajiet Maltin u Taljani biex isalvaw il-ħajja ta’ kull persuna li tinsab fil-periklu u li jossservaw l-obbligi legali tagħhom.

Nistennew li Malta u l-Italja jiżguraw li ma jerġax ikollna t-traġedja ta’ l-Għid tas-sena l-oħra.

Filwaqt li nagħrfu l-isfidi li l-immigrazzjoni ġġib magħha, nagħrfu wkoll li għandna d-dmir li nipproteġu l-ħajja ta’ dawn il-persuni u ta’ kull persuna li tkun fil-periklu.

Nappellaw ukoll sabiex l-awtoritajiet jagħmlu stqarrija dwar is-sitwazzjoni ta’ dawn il-persuni u jagħmlu ċara l-posizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ din is-sitwazzjoni. Huwa tassew inkwetanti li l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti mhumiex qed ikunu mwieġba mill-awtoritajiet.